In-Network Enterprise Europe (EEN) huwa network immexxi mill-Kummissjoni Ewropea ta’ 600 organizzazzjoni ta’ appoġġ għan-negozju minn 50 pajjiż u huwa strumentali għall-istrateġija tal-UE biex tingħata spinta lit-tkabbir u l-impjiegi. Network Enterprise Europe tgħin lil kumpaniji żgħar jieħdu vantaġġ mill-opportunitajiet tan-negozju fis-suq wieħed tal-UE.
Network Enterprise Europe ilha mill-2009 tikkoopera mal-EU-OSHA biex tikkondividi l-għarfien dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fost l-SMEs u l-intrapriżi mikro.
Biex dan jinkiseb, l-Ambaxxaturi ta’ Network Enterprise Europe fil-qasam tal-OSH jiġu nnominati fil-livell tal-pajjiż. Il-Kampanja dwar il-Postijiet tax-Xogħol li jġibu ’l quddiem is-Saħħa tikkostitwixxi qasam importanti ta' kooperazzjoni bejn l-Aġenzija u Network Enterprise Europe. L-ambaxxaturi tal-OSH huma involuti b’mod attiv fil-promozzjoni tal-Kampanja dwar Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa permezz ta’ din il-kooperazzjoni.