Ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol


promozzjoni tal-ico

Xerred il-kelma dwar is-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol fl-UE kollha!

Il-ġimgħa Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol, li ssir kull Ottubru, hija opportunità ewlenija għas-sostenituri u s-sħab tal-kampanja biex jippromwovu l-Kampanja Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Madwar l-Ewropa, il-Punti Fokali Nazzjonali, u sħab oħra tal-kampanja, jorganizzaw varjetà ta’ avvenimenti, bħal wiri ta’ films, konferenzi, wirjiet, webinars, kompetizzjonijiet, u saħansitra sessjonijiet ta’ taħriġ.

Sir sieħeb tal-kampanja, organizza avveniment, ikkondividi l-materjali tal-kampanjalesti biex jintużaw.