Sir sieħeb tal-kampanja


Oħloq bidla pożittiva fuq il-post tax-xogħol!

 

promozzjoni tal-ICOMexxi bl-eżempju.

Agħmel differenza fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Sir sieħeb uffiċjali tal-kampanja.

Interessat/a li tikkontribwixxi għall-bini ta’ ambjenti tax-xogħol siguri u li jġibu ’l quddiem is-saħħa li jipprijoritizzaw il-benesseri fiżiku u tinmentali?

 

Applika issa biex issir sieħeb uffiċjali tal-kampanja. Bla ħlas. Impatt kbir.

 

Impenja ruħek għal minimu ta’ attività waħda ta’ kampanja fis-sena; ikseb bosta benefiċċji għall-organizzazzjoni tiegħek, inklużi:

inklużiva

  • aktar viżibilità;
  • pjattaforma biex tippromwovi l-aħbarijiet u l-attivitajiet tal-kampanja tiegħek;
  • l-espansjoni tal-profil tiegħek fost il-komunità tal-OSH f’industriji differenti.

Lest/a li għaqad ma’ network divers ta’ organizzazzjonijiet pubbliċi u privati minn madwar l-Ewropa u lil hinn minnha?

Skopri aktar dwar is-sħab uffiċjali tal-kampanja hawn.

 

Ikseb il-viżibilità

L-organizzazzjoni tiegħek se tirċievi pubbliċità imprezzabbli, li tenfasizza s-sens tiegħek ta’ responsabbiltà korporattiva.

Ippromwovi l-aħbarijiet tiegħek

Ippromwovi l-attivitajiet tal-organizzazzjoni tiegħek stess permezz tat-taqsima tal-Aħbarijiet tal-kampanja u l-bullettin tal-EU-OSHA, li għandu eluf ta’ abbonati.

Estendi n-network tiegħek

Skambja prattiki tajbin ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali li għandhom l-istess ideat u pparteċipa f’seminars u avvenimenti ta’ Skambju ta’ Prattika Tajba għal Postijiet tax-Xogħol li Jġibu ’l Quddiem is-Saħħa.

Kif tapplika

Mejju 2026

Iċċekkja l-offerta tas-sħubija fil-kampanja

Kun af aktar dwar kif issir sieħeb fil-kampanja u kun ċert li tissodisfa r-rekwiżiti.

Ottubru 2026 - Jannar 2027

Imla l-formola ta’ applikazzjoni online

Tixtieq tapplika? Il-formola tal-applikazzjoni hija disponibbli online mis-6 ta’ Ottubru 2026 sal-15 ta’ Jannar 2027.

Marzu 2027

Ikseb ir-riżultati

Il-proċess ta' selezzjoni se jsir f'Marzu 2027. L-applikanti kollha sejrin jiġu informati bir-riżultat tal-proċess tal-għażla.

Sħab Uffiċjali Preċedenti tal-Kampanja

Impriżi u organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali, kemm pubbliċi kif ukoll privati, minn diversi setturi, jappoġġaw il-Kampanja ta’ Postijiet tax-Xogħol li Jġibu’ l Quddiem is-Saħħa. Huma jiffurmaw network ta’ pijunieri, li jispiraw u jħeġġu lil oħrajn biex b’suċċess jiġġestixxu forza tax-xogħol sigura u ħielsa mill-periklu. L-impenn tagħhom huwa essenzjali biex jiġi żgurat li l-messaġġ jilħaq lit-tipi kollha ta’ postijiet tax-xogħol fl-UE kollha.

ARA S-SĦAB KOLLHA